Sunday 5 July 2009

Kunsill Ġdid fil-Fraternita tal-Hamrun


L-Elezzjoni saret nhar il-Erbgha 17 ta' Gunju 2009 fil-Fraternita' tal-Hamrun fejn kien hemm preżenti wkoll l-Assistent Nazzjonali Patri Martin Coleiro OFM. Il-Kunsill il-ġdid ġie ffurmat hekk :
Ministru Emanuel Muscat,
Vici Ministru Lina Muscat,
Segretarju Emanuel Mallia,
Kaxxiera Franca Zammit
Membri:- Joyce Zammit, Doris Naudi u Raymond Zammit.

Hekk kif jiltaqa' l-ewwel darba dan il-Kunsill jahtru l-persuna responsabbli ghall-Formazzjoni.

Nawguraw lill-Kunsill il-ġdid li jkompli jaħdem biex tisaħħaħ l-Ordni Franġisċan Sekular f'Malta

Thursday 21 May 2009

Ittra tal-Ministru Generali Encarnation del Pozo




Prot. No.2019/09
Circ. 08/09-14

Ruma 12 ta’ Marzu 2009
Il-Beata Angela Salawa
Verġni Franġiskana Sekulara mill-Polonja

Lill-Kunsillieri Internazzjonali
Ministri Nazzjonali ta’ Fraternitajiet Ikkostitwiti
U dawk responsabbli mill-Fraternitajiet Emerġenti


PAĊI U ĠID

Għeżież Aħwa, Rġiel u Nisa,

F’dan iż-żmien tar-Randan nixtieq nagħtikom merħba billi nitlob l-barka tal-Mulej għal xogħolkom, il-familji tagħkom u l-fraternitajiet tagħkom.

Fil-sitwazzjoni preżenti, tal-Presidenza taċ-CIOFS li għandha kont tal-Bank speċjali u separat għall-akkwist ta’ kwartieri u bħala riżultat tat-tiġidid riċenti tal-Istatuti tal-Fraternita’ Internazzjonali approvati fl-aħħar Kapitlu Ġenerali f’Novembru 2008 fl-Ungerija, aħna għandna nfakkru lill-fraternitajiet kostitwiti w emerġenti għall-obligazzjonijiet tagħhom fl-2009 biex iħallsu l-kontributi stabbiliti sabiex l-Ordni jkun jista’ jaħdem u jopera b’mod adekwat.

Huwa anke aktar importanti w urġenti li jiġġeded u li jiġi kkonfermat n-numru tal-membri ta’ kull Fraternita sabiex il-Kummissjoni Finanzjali tkun tista’ tippreżenta lill-Presidenza proposta li tindika il-kontribuzzjonijiet li se jitħallsu fil-perjodu 2010 - 2012. Is-serjeta u l-attenzjoni li bihom tkun mwettqa dan l-stħarriġ u tiġdid ikun sinjal tas-sens ta’ appartenenza lejn l-Ordni minn kull wieħed u waħda minnkom. F’ċerti pajjiżi n-numru tal-membri rrapurtat liċ-CIOFS huwa aktar baxx minn dak li huwa fil-fatt, f’każi oħrajn huwa ogħla ; irridu, għalhekk, nistabillixxu bil-ġustizzja u l-preċiżjoni eżatt kemm u x’tista’ kull Fraternita u għandha tħallas, bla ma titraskura l-possibilitajiet u r-realtajiet ta’ kull waħda minnhom. It-tagħrif (data) li tirċivi l-Kummissjoni Ekonomika tkun moghtija lill-persuna nkarigata mir-Report Annwali ; in-numru tal-membri rrapurtati se jibqa’ l-istess għall-kontribuzzjonijiet relevanti għall-perjodu 2010 sa 2012.

Mehmuż issibu rapport bil-figuri li għandna fil-preżent tal-membri ta’ kull Fraternita Nazzjonali u s-sitwazzjoni għall-periodu 2006-2009. (Encl. 1) ; ġentilment insaqsukom biex b’mod urġenti tikkonfermaw jew timmodifikaw dan in-numru. Nifhmu d-diffikultajiet li jeżistu fil-komunikazzjoni, imma din hija prijorita li hija meħtieġa biex jitwettaq ix-xogħol bit-trasparenza meħtieġa.

Dependenti fuq il-kollaborazzjoni prezzjuża tagħkom u s-sens ta’ responsabbilta ġentilment nistaqsukom biex twieġebu fir-rigward ta’ x’inhu n-numru tal-membri fil-fraternita tagħkom mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009 u sabiex tibgħatu l-kontribuzzjonijiet dovuti għal din is-sena kemm jista jkun malajr.

Qed nibgħatulkom l-istruzzjonijiet tal-bank mġedda sabiex tiddepożitaw l-kontribuzzjonijiet tagħkom, li ġa kienu kkunsinjati lill-parteċipanti fil-Kapitlu Ġenerali li għadda (Encl. 2)

Il-Mulej ibirikkom għall-isforzi kollha tagħkom, immirati wkoll lejn l-għan u t-tkabbir u d-dehra tal-Ordni, sabiex tkun dejjem iżjed fidila lejn l-Evanġelju u r-Regola tagħna, għall-akbar glorja tiegħu, f’din id-dinja fejn ix-xiehda tal-ħajja tagħna ta’ kuljum hija dejjem aktar meħtieġa.

Ħutkom b’tislijiet fraterni,


Encarnación del Pozo Maria Aparecida Crepaldi
Ministra generale Commissione economica

Wednesday 25 March 2009

Mrs. Rose Brooks

Fid-9 ta’Marzu 2009, il–Mulej għoġbu jsejjaħ, biex jagħti l-mistrieħ ta’ dejjem, lil Rosy Brooks mill-Kalkara, li kienet membru attiv tal-Ordni Franġiskan Sekular. Rose issieħbet fl-Ordni, fi ħdan il-Fraternita' tal-Kalkara, fit-13 ta' Ottubru 1984 u, skond ir-records miżmuma, pprofessat fl-4 ta' Ottubru 1985. Kienet magħrufa u maħbuba ħafna għall-għajnuna li dejjem tat lill-Ordni u lill-knisja ta' Santa Barbara li tinsab mal-Kunvent ta' Santa Liberata.

Tul ħajjita b’dedikazjoni u ħafna mħabba tat ħafna mill-ħin tagħha tagħmel xogħol volontarju ta’ tindif fil-Knisja msemmija. Anki f’mumenti diffiċli dan ix-xogħol qatt m’abbandunatu. Kienet tħajjar nisa oħra jagħmlu dan kif ukoll tħeġġeġ lil uliedha biex jagħtu sehemhom ukoll.

Fil-festi, speċjalment ta’ San Franġisk u San Ġuda, bl-ikbar imħabba kienet, mill-bidu tal-ġimgħa, taħmi kull xorta ta’pasti li kienu jiġu apprezzati ħafna mill-kommunita’ kollha.
L-aħħar ħames snin ta’ ħajjitha ġiet wiċċ imb’wiċċ mat-tbatija, fejn kienet ta eżempju, speċjalment għal uliedha li dejjem daru biha. Uriethom li bis-sabar, dejjem hemm it-tama. Tathom x’jifhmu li quddiem it-tbatija dejjem trid tiggranfa mas-salib ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, biex f’mumenti ta’qtigħ il-qalb u dubji, nersqu iktar lejh, u nindunaw kemm ikun qiegħed magħna. Meta niftħu qalbna għalih nindunaw li jkun firxilna tapit, u wittielna t-triq. Sakemm fl-aħħar nifhmu li fit-tbatija, l-Mulej ikun dejjem magħna, u dan nindunaw bih, meta nħossuna li rridu nibqgħu infaħħruh, u mhux induru kontra tiegħu. Rosy, f’mumenti fejn ġieli kienet f’waqtiet diffiċli, xorta kont taraha bil-kuruna f’idejha. Għalkemm ma kienx jinstema leħinha, xorta kont tara subajha iżebbġu l-kuruna, waħda wara l-oħra. Kull min mar iżura dejjem kien isibha bil-kuruna mdawra ma idejha.

Tul is-sena li għamlet l-isptar, jekk f’mumenti kont tara u taħseb li Rosy qiegħda fl-isbaħ raqda, hekk kif kont tgħidilha li ġie xi ħadd jaraha, immedjatament kienet tiftaħ għajnejha u tagħmel ħilitha kollha biex turi l-apprezament lil dawk li kienu jmorru jżuruha. B’mod speċjali, kif kienet tinduna bil-preżenza ta’saċerdot maġenba, kont tara l-movimenti ta’wiċċha jinbidlu bil-ferħ. Okkażjoni speċjali għaliha kienet meta L-Eċċelenza tiegħu, l-Isqof Pawlu Cremona żar l-isptar, u kif resaq lejn is-sodda tagħha, stajt tinduna bil-paċi li kienet qed tħoss ġewwa qalbha. Fl-aħħar ġranet, f’mumenti diffiċli ta’ ħajjitha, patri Franġiskan minn Għawdex, resaq lejha biex ikellimha. F’dak il-ħin ma kienx hemm tama li tiftaħ għajnejha, imma kif bintha qaltilha ‘Ma, hawn Patri ġie jarak’, għajnejha infetħu b’ċertu entużjażmu.

Fil-Funeral tagħha, li sar fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, barra il-familjari, attendew u kkonċelebraw Patrijiet mill-kommunita ta' Santa Liberata kif ukoll ħafna mill-membri tal-Fraternita' tal-Kalkara fejn kient maħbuba ħafna u nies mill-inħawi ta Santu r-Rokku fejn hi kienet mgħarufa sewwa.

Waqt li nitolbu għal din oħtna għażiża, nirringrazzjaw lil ħanin Alla ta’ kemm għinha fit-tbatija tagħha, u ta s-sabar lil uliedha. Nitolbuh iħenn għaliha, jagħtiha l-mistrieħ ta’dejjem u jdaħħalha fid-dawl tas-Sebħ tiegħu biex tgawdih fil-hena għal dejjem